Digriet tal-Qorti Ġenerali (It‑Tielet Awla) tal‑1 ta’ Marzu 2024 –
Dakem vs Il‑Kummissjoni
(Kawża T‑341/23)
“Rikors għal annullament – Saħħa pubblika – Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/686 – Nuqqas ta’ awtorizzazzjoni ta’ prodott bijoċidali (insettiċida) – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Bidu tad-dekorrenza – Tardività – Inammissibbiltà”
|
1. |
Rikors għal annullament – Termini – Bidu tad-dekorrenza – Data tal-komunikazzjoni tad-deċiżjoni – Data li fiha l-att sar magħruf – Att ikkomunikat permezz tal-posta elettronika (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 297(2) TFUE ) (ara l-punti 30 sa 40) |
|
2. |
Rikors għal annullament – Termini – Bidu tad-dekorrenza – Komunikazzjoni – Kunċett – Komunikazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni permezz tar-Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali – Esklużjoni (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 528/2012, Artikolu 71(6)) (ara l-punti 44, 45) |
|
3. |
Proċedura ġudizzjarja – Termini għall-preżentata ta’ rikors – Dekadenza – Żball skużabbli – Kunċett – Portata (Artikoli 263 u 297 TFUE) (ara l-punti 47 sa 51) |
|
4. |
Proċedura ġudizzjarja – Termini għall-preżentata ta’ rikors – Dekadenza – Każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri – Kunċett kompost minn elementi oġġettivi u suġġettivi – Limiti (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 45) (ara l-punti 53 sa 55) |
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
|
2) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tar-Renju tal-Belġju u tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA). |
|
3) |
Dakem hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni ta’ dawk relatati mat-talbiet għal intervent. |
|
4) |
Dakem, il-Kummissjoni, ir-Renju ta-Belġju u l-ECHA għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent. |