Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Awwissu 2023 –
Next Media Project vs AECP

(Kawża T‑338/23 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Servizzi ta’ komunikazzjoni u organizzazzjoni ta’ avvenimenti – Talba għal miżuri provviżorji – Assenza ta’ fumus boni juris

1. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa ta’ evalwazzjoni tal-Imħallef għal miżuri provviżorji

(Artikoli 256(1), 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 12 sa 15)

2. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Evalwazzjoni fil-qasam tal-kontenzjuż dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi – Dannu gravi – Natura suffiċjenti f’każ ta’ fumus boni juris partikolarment gravi magħmul minn illegalità manifesta u gravi – Kundizzjoni – Tressiq tat-talba għal miżuri provviżorji fit-terminu ta’ sospensjoni qabel il-konklużjoni tal-kuntratt mal-offerent rebbieħ

(Artikolu 278 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4); Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2018/1046, Artikolu 175)

(ara l-punti 20 sa 23)

3. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Eżami prima facie tal-motivi invokati insostenn tar-rikors prinċipali – Rikors kontra deċiżjoni ta’ aġenzija li tiċħad l-offerta ta’ offerent fil-kuntest ta’ kuntratt pubbliku – Motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ irregolaritajiet fil-komunikazzjoni tal-informazzjoni mitluba – Motiv li prima facie huwa infondat

(Artikoli 278 u 279 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2018/1046, Artikolu 141(1)(b))

(ara l-punti 34 sa 43)

Dispożittiv

1) 

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2) 

L-ispejjeż huma rriżervati.