Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas‑27 ta’ Frar 2024 –
SBK Art vs Il‑Kunsill

(Kawża T‑102/23 R)

“Miżuri provviżorji – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza”

1. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa ta’ evalwazzjoni tal-Imħallef għal miżuri provviżorji

(Artikoli 256(1), 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 19 sa 22)

2. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Obbligu li jiġu pprovduti indikazzjonijiet konkreti u preċiżi, sostnuti bi provi dokumentali ddettaljati

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 25 sa 27)

3. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu finanzjarju – Natura gravi tad-dannu – Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti – Evalwazzjoni fid-dawl tad-daqs tagħha u tad-dħul mill-bejgħ tagħha, kif ukoll tas-sitwazzjoni tal-grupp ta’ appartenenza

(Artikolu 278 u 279 TFUE)

(ara l-punt 39)

4. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu finanzjarju – Obbligu li jiġu pprovduti indikazzjonijiet konkreti u preċiżi, sostnuti bi provi dokumentali ddettaljati – Ħtieġa li tingħata stampa vera u komprensiva tal-pożizzjoni finanzjarja – Assenza – Nuqqas ta’ urġenza

(Artikolu 278 u 340 TFUE)

(ara l-punti 40 sa 44)

5. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu purament ipotetiku bbażat fuq is-seħħ ta’ avvenimenti futuri u inċerti – Natura insuffiċjenti biex tiġi ġġustifikata l-urġenza

(Artikolu 278 u 279 TFUE)

(ara l-punt 45)

Dispożittiv

1) 

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2) 

L-ispejjeż huma rriżervati.