|
25.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/43 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2023 – Enterprise Holdings vs EUIPO – Qommute (COMMUTE WITH ENTERPRISE)
(Kawża T-500/23)
(2023/C 338/55)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Enterprise Holdings, Inc. (Saint Louis, Missouri, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Forde, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Qommute SARL (Marseille, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “COMMUTE WITH ENTERPRISE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 947 155
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Ġunju 2023 fil-Każ R 989/2022-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
sussidjarjament, tbiddel id-deċiżjoni kkontestata fis-sens li l-oppożizzjoni tintbagħat lura quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut jħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti marbuta ma’ din il-proċedura u dawk marbuta mal-proċedura ta’ quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO; sussidjarjament, jekk il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO tintervjeni, tordna lil konvenut u lill-intervenjent iħallsu in solidum l-ispejjeż tar-rikorrenti marbuta ma’ din il-proċedura u dawk marbuta mal-proċedura ta’ quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |