25.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/40


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2023 – BHW Bausparkasse vs SRB

(Kawża T-488/23)

(2023/C 338/52)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: BHW Bausparkasse AG (Hameln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Berger, M. Weber u D. Schoo, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tat-2 ta’ Mejju 2023 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-2023 (SRB/ES/2023/23), inklużi l-annessi, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata, inklużi l-Anness I, l-Anness II u l-Anness III, tikkonċerna l-kontribuzzjoni tar-rikorrenti, u

tikkundanna lis-SRB għall-ispejjeż tal-kawża.

Sussidjarjament, jekk il-Qorti Ġenerali tikkunsidra li d-deċiżjoni kkontestata ma teżistix legalment minħabba li s-SRB uża lingwa uffiċjali żbaljata u li r-rikors għal annullament ikun għalhekk inammissibbli minħabba nuqqas ta’ suġġett, ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li d-deċiżjoni kkontestata ma teżistix legalment;

tikkundanna lis-SRB għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors huwa bbażat fuq seba’ motivi, identiċi għal dawk invokati fil-Kawża T-483/23, Deutsche Kreditbank vs SRB.