|
25.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/33 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2023 – ePlus vs EUIPO – Telefónica Germany (E-Plus)
(Kawża T-463/22)
(2023/C 338/43)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ePlus Inc. (Herndon, Virginia, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Mottet, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Telefónica Germany GmbH & Co. OHG (München, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “E-Plus” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 17 781 791
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2023 fil-Każ R 951/2022-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk sostnuti mir-rikorrenti, inklużi dawk sostnuti għall-finijiet tal-proċeduri quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u l-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO; |
|
— |
tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
|
— |
Evalwazzjoni insuffiċjenti tal-użu ġenwin u implikazzjonijiet għall-evalwazzjoni tal-mala fide; |
|
— |
Interpretazzjoni ħażina tal-provi li għandhom x’jaqsmu mal-waqfien tal-użu; |
|
— |
Nuqqas ta’ kunsiderazzjoni għat-twaqqif tal-użu mill-proprjetarju u l-implikazzjoni għall-evalwazzjoni tal-mala fide. |