|
4.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/23 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2023 – Tiroler Sparkasse vs SRB
(Kawża T-406/23)
(2023/C 314/28)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Tiroler Sparkasse Bankaktiengesellschaft Innsbruck (Innsbruck, l-Awstrija) (rappreżentanti: G. Eisenberger, A. Brenneis u J. Holzmann, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni tat-2 ta’ Mejju 2023 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-2023 (SRB/ES/2023/23), inklużi l-annessi, għall-inqas sa fejn tikkonċerna ir-rikorrenti, u |
|
— |
tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-ispejjeż. |
Barra minn hekk, ir-rikorrenti titlob li l-kawżi simili li ġejjin jiġu magħquda flimkien għall-finijiet tal-proċedura orali u bil-miktub u tad-deċiżjoni, skont l-Artikolu 68 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, minħabba r-rabta tagħhom u l-istess suġġett: T-400/23, Erste Group Bank vs SRB, T-401/23, Erste Bank der österreichischen Sparkassen vs SRB, T-402/23, Steiermärkische Bank und Sparkasse vs SRB, T-403/23, Dornbirner Sparkasse Bank vs SRB, T-404/23, Kärntner Sparkasse vs SRB, T-405/23, Sparkasse Niederösterreich Mitte West vs SRB, T-406/23, Tiroler Sparkasse vs SRB, T-407/23, Salzburger Sparkasse Bank vs SRB, T-408/23, Sparkasse Oberösterreich Bank vs SRB.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikors huwa bbażat fuq motiv wieħed, identiku għal dak invokat fil-Kawża T-400/23, Erste Group Bank vs SRB.