14.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/33


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2023 – Importaciones Origen Pacífico vs EUIPO – Molinos Nacionales (Juana de Origen)

(Kawża T-331/23)

(2023/C 286/45)

Lingwa tar-rikors: Spanjol

Partijiet

Rikorrent: Importaciones Origen Pacífico SL (Valencia, Spanja) (rappreżentant: Á. Pérez Lluna, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Molinos Nacionales C.A. (Puerto Cabello, Venezwela)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattivi tal-Unjoni Ewropea Juana de Origen – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 16 517 948

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Marzu 2023 fil-Każ R 818/2022-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u tikkundanna lill-parti l-oħra tħallas l-ispejjeż sostnuti fil-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità u l-appell quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

L-iskadenza tat-trade marks li fuqhom hija bbażata l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità.

Nuqqas ta’ użu ġenwin tat-trade marks li fuqhom hija bbażata l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, skont l-Artikolu 64(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Nuqqas ta’ prova ta’ mala fide tal-applikant, skont l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.