|
3.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 235/75 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2023 – Aven vs Il-Kunsill
(Kawża T-283/23)
(2023/C 235/89)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Petr Aven (Klauģulejas, il-Latvja) (rappreżentanti: T. Marembert u A. Bass, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/572 (1) tat-13 ta’ Marzu 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent; |
|
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/571 (2) tat-13 ta’ Marzu 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, sa fejn jikkonċerna lir-rikorrent; |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali u tal-obbligu ta’ eżami mill-ġdid perjodiku. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrent isostni li l-ebda waħda mill-affermazzjonijiet tal-motivazzjoni tal-Kunsill ma hija stabbilita u li ma huwiex issodisfatt il-kriterju dwar l-appoġġ attiv mogħti lill-azzjonijiet u lill-politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, jiġifieri l-kriterju msemmi fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrent isostni li l-ebda waħda mill-affermazzjonijiet tal-motivazzjoni tal-Kunsill ma hija stabbilita u li ma huwiex issodisfatt il-kriterju dwar l-appoġġ materjali jew finanzjarju attiv mogħti lir-responsabbli Russi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukraina jew dwar il-vantaġġ miksub minn dawn ir-responsabbli Russi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet, jiġifieri l-kriterju msemmi fl-Artikolu 2(1)(d) tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-eċċezzjoni ta’ illegalità tal-kriterju stabbilit fl-Artikolu 2(1)(g) tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK. Ir-rikorrent iqis li l-kriterju invokat ma għandux bażi legali. |
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq l-eċċezzjoni ta’ illegalità tal-kriterju stabbilit fl-Artikolu 2(1)(g) tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK. F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni li l-imsemmi kriterju jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
|
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni, għar-raġuni li l-Kunsill la stabbilixxa li r-rikorrent huwa negozjant influwenti u lanqas li s-settur bankarju jipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Fl-aħħar nett, ir-rikorrent isostni li ilu kważi sena ma jkun attiv fis-settur bankarju Russu. |