17.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/60


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2023 – Mushie & Co. vs EUIPO – Diana Dolls Fashions ((Mushie))

(Kawża T-262/23)

(2023/C 252/72)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mushie & Co. (Houston, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Vasegård, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Diana Dolls Fashions Inc. (Stoney Creek, il-Kanada)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Mushie” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 381 490

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Marzu 2023 fil-Każ R 2062/2022-4

Talbiet

Ir-rikorrent titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 120(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.