30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/43


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2023 – Studiocanal vs EUIPO – Leonine Distribution (ARTHAUS)

(Kawża T-204/23)

(2023/C 189/57)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Studiocanal GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Dolde u C. Zimmer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Leonine Distribution GmbH (München, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “ARTHAUS” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 6 988 984

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Frar 2023 fil-Każ R 1533/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn tiddikjara ammissibbli t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità fid-dawl tal-Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) tiegħu;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 63(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 12(1)(b) u mal-Artikolu 15(2) tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2017/1430.