30.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 189/40 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ April 2023 – MegaFon vs Il-Kunsill
(Kawża T-193/23)
(2023/C 189/53)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: MegaFon OAO (Moska, ir-Russja) (rappreżentant: J. Grand d’Esnon, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2023/427 (1) tal-25 ta’ Frar 2023 fir-rigward ta’ MegaFon; |
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2023/434/PESK (2) tal-25 ta’ Frar 2023 fir-rigward ta’ MegaFon; |
— |
konsegwentement, tannulla:
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż b’applikazzjoni tal-Artikolu 140(b) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Ir-rikorrenti tqis li l-Kunsill ma kkomunikalhiex minn qabel id-deċiżjoni li tinkludi lil MegaFon fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 833/2014 u tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK (iktar ’il quddiem l-“atti tal-31 ta’ Lulju 2014”) u ma tahiex il-possibbiltà li tippreżenta osservazzjonijiet, għalkemm huwa kien, skontha, obbligat jagħmel dan bis-saħħa tal-prinċipji marbuta mar-rispett tad-drittijiet tad-difiża. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni li MegaFon tiġi inkluża fl-Anness IV tal-atti tal-31 ta’ Lulju 2014. Ir-rikorrenti tikkritika lill-Kunsill li ma kkomunikalhiex il-motivi li jiġġustifikaw l-inklużjoni tagħha fl-Anness IV tal-atti tal-31 ta’ Lulju 2014. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-illegalità tas-sanzjonijiet imposti fuq ir-rikorrenti peress li dawn jirriżultaw minn żball ta’ evalwazzjoni, minħabba li r-raġunijiet insostenn ta’ dawn is-sanzjonijiet huma żbaljati u fi kwalunkwe każ ma humiex stabbiliti. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità mill-atti tal-25 ta’ Frar 2023. |
(1) Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/427 tal-25 ta’ Frar 2023 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2023, L 591 I, p. 6, rettifika fil-ĠU 2023, L 68, p. 181).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/434 tal-25 ta’ Frar 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2023, L 59 I, p. 593).