30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/36


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2023 – Innovation & Entrepreneurship Business School vs EUIPO – Thinksales (Sales School Powered by IEBS)

(Kawża T-182/23)

(2023/C 189/47)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Innovation & Entrepreneurship Business School, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: L. Torrents Homs, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Thinksales, SL (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “Sales School Powered by IEBS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 274 899

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Frar 2023 fil-Każ R 834/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata f’dak li jirrigwarda l-prodotti u s-servizzi li għalihom ġiet miċħuda t-trade mark kontenzjuża;

tawtorizza r-reġistrazzjoni totali tat-trade mark kontenzjuża;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u lil Thinksales għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.