22.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 179/66 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2023 – Drinks Prod vs EUIPO – Wolff u Illg (IGISAN)
(Kawża T-164/23)
(2023/C 179/92)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Drinks Prod SRL (Păntășești, ir-Rumanija) (rappreżentant: I. Speciac, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Siegfried Wolff (Berlin, il-Ġermanja), Matthias Illg (Berlin)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea IGISAN – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 329 332
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: Proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Jannar 2023 fil-Każ R 982/2022-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Bord tal-Appell fis-sens li jiġi ammess l-appell ippreżentat mir-rikorrenti mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u konsegwentement, tobbliga lill-EUIPO jissokta l-proċedimenti ta’ reġistrazzjoni għat-trade mark inkwistjoni għall-prodotti u s-servizzi kollha mitlubin fil-Klassijiet 3 u 5. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |