15.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 173/38 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2023 – Schönegger Käse-Alm vs EUIPO – Jumpseat3D plus Germany (Rebell)
(Kawża T-161/23)
(2023/C 173/50)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Schönegger Käse-Alm GmbH (Prem, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-C. Seiler, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jumpseat3D plus Germany GmbH (Berlin, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Rebell” – Trade mark tal-Unjoni Nru 2 810 950
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Jannar 2023 fil-Każ R 295/2022-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija ddikjarata invalida t-trade mark tal-Unjoni “Rebell” Nru 2 810 950 li taqa’ taħt il-klassi 29 għall-prodotti: “Prodotti tal-ħalib, b’mod partikolari butir, preparazzjonijiet tal-butir, butir ikkjarifikat, butir taż-żejt, ġobon kwark, ħelu bil-ġobon tal-kwark, prodotti mill-ħalib, prodotti mill-ħalib imnixxef, ikel djetetiku li fih ħalib u prodotti tal-ħalib”; |
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn ir-rikorrenti ġiet ikkundannata għall-ispejjeż tal-proċedimenti tal-appell; |
— |
tikkundanna għall-ispejjeż lill-EUIPO u lil Jumpseat3D plus Germany GmbH, fil-każ li l-parti l-oħra fil-proċedimenti tintervjeni fil-kawża kontra l-konvenuta, inklużi l-ispejjeż tar-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, flimkien mal-Artikolu 21(1)(e) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625; |
— |
Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, flimkien mat-tieni sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, flimkien mar-raba’ sentenza tal-Artikolu 19(1) u mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625. |