|
22.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 179/62 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2023 – MBDA France vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-154/23)
(2023/C 179/88)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: MBDA France (Le Plessis-Robinson, Franza) (rappreżentanti: F. de Bure u A. Delors, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla, abbażi tal-Artikoli 256 TFUE u 263 TFUE, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Jannar 2023 li tiċħad, skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), it-talba konfermatorja tar-rikorrenti għal aċċess għad-dokumenti 2022/5127 – Ares(2023)593134 dwar is-Sejħa għal Proposti EDF-2021-AIRDEF-D dwar il-protezzjoni kontra theddid mill-ajru ta’ veloċità għolja mnedija mill-Kummissjoni (iktar ’il quddiem il-“Proġett EATMI”) imressqa skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”), sa fejn hija tirrifjuta li tagħti aċċess sħiħ lir-rikorrenti għad-dokumenti mitluba, bl-eċċezzjoni tal-ħabi ta’ ċerta data personali, informazzjoni li tista’ prevedibbilment fil-fatt tippreġudika l-protezzjoni tas-sigurtà pubblika u ta’ kwistjonijiet ta’ difiża u dawk militari kif ukoll informazzjoni li tiżvela l-intenzjonijiet strateġiċi tal-konsorzju mmexxi mill-kumpannija Spanjola Sener Aerospacial Sociedad Anonima (iktar ’il quddiem il-“Konsorzju SENER”) jew il-membri tagħha; |
|
— |
tgħaqqad dan ir-rikors għal annullament mal-Kawża T-614/22, MBDA France vs Il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 68 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali; u |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż legali u għall-ispejjeż l-oħra tar-rikorrenti relatati ma’ din il-kwistjoni. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 4(1)(a) u (b) tar-Regolament Nru 1049/2001. B’mod partikolari, ir-rikorrenti tikkunsidra li:
|
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-ewwel u t-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. B’mod partikolari, ir-rikorrenti tikkunsidra li:
|
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001. B’mod partikolari, ir-rikorrenti ssostni li:
|
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 4(6) u l-Artikolu 1(a) tar-Regolament Nru 1049/2001. B’mod partikolari, ir-rikorrenti turi li billi ma evalwatx jekk setgħetx tagħti aċċess parzjali għad-dokumenti mitluba, il-Kummissjoni kisret l-obbligi tagħha li tagħti aċċess parzjali meta jkun possibbli u li tiżgura l-ikbar aċċess possibbli għad-dokumenti. |
(1) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).