|
17.4.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/24 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2023 – VA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-123/23)
(2023/C 134/32)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: VA (rappreżentant: N. de Montigny, avukata)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-PMO tal-11 ta’ Mejju 2022 li tħassar id-dritt tar-rikorrent li jirċievi, mill-1 ta’ Lulju 2021, l-allowances għall-wild dipendenti u tal-edukazzjoni u tħassar għalhekk it-tnaqqis tat-taxxa marbuta mal-allowance għall-wild dipendenti; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-13 ta’ Ġunju 2022 ta’ PMO.1 li tħabbar l-irkupru, b’applikazzjoni tal-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal, ta’ EUR 3 500; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas lir-rikorrent ta’ kumpens ta’ EUR 2 441,84; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu kontra d-deċiżjoni tal-11 ta’ Mejju 2022, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-kunċetti ta’ wild dipendenti u ta’ frekwentazzjoni ta’ stabbiliment skolastiku li jagħtu d-dritt lir-rikorrent li jirċievi l-allowances għall-edukazzjoni u għal wild dipendenti sat-tmiem tas-sena skolastika. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ trattament ugwali mill-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (PMO) bejn it-tfal li lestew l-istudji tagħhom fl-ewwel sessjoni u dawk li spiċċaw fit-tieni sessjoni. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u l-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. |
Insostenn tar-rikors kontra d-deċiżjoni tat-13 ta’ Ġunju 2022, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, prinċipalment, ibbażat fuq il-fatt li r-rikorrent għandu d-dritt li jirċievi l-allowances għall-wild dipendenti u għall-edukazzjoni għal bintu għall-perijodu bejn l-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru 2021. |
|
2. |
It-tieni motiv, sussidjarjament, ibbażat fuq li l-ħlas ta’ EUR 3 500 kellu raġuni u ma kienx irregolari. Anki fl-ipoteżi li dan il-ħlas kien irregolari, ir-rikorrent iqis li hemm lok li jiġi kkunsidrat li huwa ma kienx jaf bin-natura irregolari tal-ħlas u li fi kwalunkwe każ l-irregolarità bl-ebda mod ma kienet evidenti b’mod li seta’ leġittimament jaħseb li l-ħlas kien regolari. |