2.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/67


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2023 – UZ vs Il-Kummissjoni u ECHA

(Kawża T-121/23)

(2023/C 155/84)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: UZ (rappreżentanti: H. Estreicher, A. Bartl u M. Escorneboueu, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea (grow.f.1(2022)9602146) tal-21 ta’ Diċembru 2022, u r-rapport anness tal-ECHA, dwar iċ-ċaħda tat-talba ta’ Concawe, li qed taġixxi f’isem il-membri tagħha (inkluż ir-rikorrent), sabiex tikkunsidra mill-ġdid l-elenkar tas-sustanza fenantren bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni Ewropea wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ma tatx lill-ECHA mandat sabiex tipprepara fajl għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-elenkar tal-fenantren fil-Lista ta’ Kandidati minkejja l-fatt li kemm in-natura tal-informazzjoni l-ġdida u r-rapport tal-ECHA indikaw li l-informazzjoni l-ġdida kienet rilevanti għall-evalwazzjoni mill-ġdid.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuti aġixxew ultra vires u/jew bi ksur tal-Artikolu 59 REACH billi wettqu evalwazzjoni ġdida tat-tneħħija tal-fenantren mil-lista, minflok ma llimitaw l-evalwazzjoni tagħhom għall-kwistjoni ta’ jekk l-informazzjoni l-ġdida hijiex affidabbli u rrilevanti għall-evalwazzjoni mill-ġdid.