22.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 179/57 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2023 – PAN Europe vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-104/23)
(2023/C 179/82)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: A. Bailleux, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2022 u nnotifikata lir-rikorrenti fit-13 ta’ Diċembru 2022, li tiċħad parzjalment applikazzjoni konfermatorja ppreżentata skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (1); |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tikser:
— |
l-Artikolu 2(1), it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2), kif ukoll it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001; u |
— |
l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (2). |
B’mod iktar speċifiku, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi annullata sa fejn tirrifjuta l-aċċess għal dokumenti abbażi ta’ applikazzjoni illegali tal-eċċezzjonijiet relatati mal-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji (it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001) u tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001).
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331.