3.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 121/17


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2023 – Timothy Jacob Jensen Studios vs EUIPO (DESIGNERS TRUST)

(Kawża T-92/23)

(2023/C 121/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Timothy Jacob Jensen Studios A/S (Højslev, id-Danimarka) (rappreżentant: J. Løje, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea “DESIGNERS TRUST” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 626 949

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 1149/2022-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tiegħu.