11.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/53


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2023 – DGC Switzerland vs EUIPO (cyberscan)

(Kawża T-85/23)

(2023/C 127/65)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: DGC Switzerland AG (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentant: N. Medler, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “cyberscan” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 607 123

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2022 fil-Każ R 1587/2022-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tibgħat lura l-kawża quddiem l-eżaminatur.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.