27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/38


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2023 – Pollen + Grace vs EUIPO – Grace Foods (POLLEN + GRACE)

(Kawża T-41/23)

(2023/C 112/49)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Pollen + Grace Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: P. Johnson, Barrister-at-Law, u L. Buckley, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Grace Foods Ltd (Castries, Santa Luċija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “POLLEN + GRACE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 099 623

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2022 fil-Każ R 1815/2021-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawn sostnuti mir-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.