13.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 94/63


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2023 – Domator24 vs EUIPO – Acer (PREDATOR)

(Kawża T-33/23)

(2023/C 94/76)

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Domator24 sp. z o.o. (Zielona Góra, il-Polonja) (rappreżentant: T. Gawliczek, radca prawny)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Acer, Inc. (Tajpei, it-Tajwan)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “PREDATOR” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 16 757 262

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 381/2022-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata tal-EUIPO tad-9 ta’ Novembru 2022 (punti 1 u 2 tad-dispożittiv) u tiddeċiedi li f’din il-kawża ma ġewx issodisfatti l-kundizzjonijiet kollha previsti fl-Artikolu 53(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, u konsegwentement id-deċiżjoni mogħtija fl-ewwel istanza tibqa’ fis-seħħ, filwaqt li t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark EUTM-016757262 “PREDATOR” tiġi miċħuda fl-intier tagħha;

tordna l-ħlas tal-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Unjoni Ewropea favur ir-rikorrenti kif ukoll, konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 190(2) tar-Regoli tal-Proċedura, l-ispejjeż essenzjali sostnuti mir-rikorrenti b’rabta mal-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO;

fil-każ li l-parti intervenjenti tintervjeni fil-proċedura, tiddeċiedi li din għandha ssostni l-ispejjeż rispettivi tagħha.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 53(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea (Verżjoni kkodifikata);

Ksur tal-prinċipju ta’ evalwazzjoni libera tal-provi kif ukoll ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill moqri flimkien mal-Artikolu 55(1) u (2) kif ukoll mal-Artikolu 22(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625.