6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/27


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2023 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-7/23)

(2023/C 83/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: T. Stéhelin, B. Fodda u E. Leclerc, aġenti)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Avviż ta’ Kompetizzjoni Ġenerali EPSO/AD/401/22, Amministraturi (AD 6) fl-oqsma tal-enerġija, tal-klima u tal-ambjent;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-555/22, Franza vs Il-Kummissjoni.