Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tad‑29 ta’ Jannar 2025 –
Vinokurov vs Il‑Kunsill
(Kawża T‑1106/23)
“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Artikolu 2(1)(g) tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK – Kunċett ta’ ‘negozjanti ewlenin involuti f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa’ – Proporzjonalità – Ċertezza legali – Żball ta’ evalwazzjoni”
|
1. |
Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Kriterji għall-adozzjoni tal-miżuri restrittivi – Negozjanti ewlenin, persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li joperaw f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa u persuni, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom – Osservanza tal-prinċipju ta’ ċertezza legali li teżiġi ċarezza, preċiżjoni u prevedibbiltà tal-effetti tar-regoli ġuridiċi – Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2023/1094, Artikolu 2(1)(g) ; Regolamenti tal-Kunsill Nru 269/2014, Artikolu 3(1)(g) u 2023/1089) (ara l-punti 44, 46, 51, 55 sa 68, 133, u 149) |
|
2. |
Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Kriterji għall-adozzjoni tal-miżuri restrittivi – Negozjanti ewlenin, persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li joperaw f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa u persuni assoċjati magħhom – Kunċett ta’ negozjant (Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2023/1094, Artikolu 2(1)(g) ; Regolamenti tal-Kunsill Nru 269/2014, Artikolu 3(1)(g) u 2023/1089) (ara l-punti 47, 48, 54, u 97) |
|
3. |
Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Kriterji għall-adozzjoni tal-miżuri restrittivi – Negozjanti ewlenin, persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li joperaw f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa u persuni assoċjati magħhom – Kunċett ta’ sors sostanzjali ta’ dħul – Sors ta’ dħul sinjifikattiv u mhux negliġibbli (Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2023/1094, Artikolu 2(1)(g) ; Regolamenti tal-Kunsill Nru 269/2014, Artikolu 3(1)(g) u 2023/1089) (ara l-punti 49 u 50) |
|
4. |
Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Portata tal-istħarriġ – Atti li jistgħu li jiġu sostnuti permezz ta’ ċerti motivi u mhux permezz t’ oħrajn – Validità ta’ dawn l-atti (Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2023/1094, Artikolu 2(1)(g) ; Regolamenti tal-Kunsill Nru 269/2014, Artikolu 3(1)(g) u 2023/1089) (ara l-punt 73) |
|
5. |
Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Kriterji għall-adozzjoni tal-miżuri restrittivi – Negozjanti ewlenin, persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li joperaw f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa u persuni assoċjati magħhom – Obbligu tal-Kunsill li jwettaq evalwazzjoni aġġornata waqt l-eżami mill-ġdid tal-miżuri restrittivi – Prova kuntrarja – Bidla fis-sitwazzjoni partikolari tal-persuna suġġetta għall-miżuri restrittivi – Assenza – Żball ta’ evalwazzjoni – Assenza (Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2023/1767, Anness ; Regolamenti tal-Kunsill Nru 269/2014, Anness I u 2023/1765) (ara l-punti 86, 98 sa 100, 106 sa 112, 120, u 121) |
|
6. |
Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Portata tal-istħarriġ – Prova tal-fondatezza tal-miżura – Obbligu li l-awtorità kompetenti tal-Unjoni tistabbilixxi, fil-każ ta’ kontestazzjoni, il-fondatezza tal-motivi invokati kontra l-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati – Estent tal-marġni ta’ evalwazzjoni tal-imsemmija awtorità kompetenti – Rilevanza tal-provi prodotti għal inklużjoni preċedenti fl-assenza ta’ bidla tal-motivi, bidla tas-sitwazzjoni tar-rikorrent jew evoluzzjoni tal-kuntest fl-Ukraina (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2024/847; Regolamenti tal-Kunsill Nru 269/2005 u 2024/849) (ara l-punti 87, 125 sa 127) |
|
7. |
Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Projbizzjoni ta’ dħul u ta’ passaġġ fi tranżitu kif ukoll iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Restrizzjoni tad-dritt għall-proprjetà u tal-libertà ta’ intrapriża – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Restrizzjoni prevista mil-liġi – Osservanza tal-kontenut essenzjali tad-dritt invokat – Tfittxija ta’ għan ta’ interess ġenerali, irrikonoxxut bħala tali mill-Unjoni – Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Kundizzjonijiet issodisfatti (Artikolu 21 TUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 16, 17 u 52(1); Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjonijiet (PESK) 2022/1767, (PESK) 2024/847, Artikolu 2(3) u (4); Regolamenti tal-Kunsill Nri 269/2014, Artikolu 4 sa 6, 2023/1765 u 2024/849) (ara l-punti 135 sa 145) |
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Alexander Semenovich Vinokurov huwa kkundannat għall-ispejjeż. |