Kawża C‑564/23 P(R)
Il‑Kunsill tal-Unjoni Ewropea
vs
Nikita Dmitrievich Mazepin
Digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑28 ta’ Settembru 2023
“Appell – Proċeduri għal miżuri provviżorji – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Żamma ta’ isem persuna fiżika fil-lista ta’ persuni, ta’ entitajiet u ta’ korpi suġġetti għal dawk il-miżuri – Sospensjoni tal-proċess ta’ ‘inklużjoni mill-ġdid fil-lista’ ta’ din il-persuna – Pubblikazzjoni ta’ avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea – Obbligu li jittieħdu miżuri dwar il-viżi maħruġa mill-Istati Membri – Miżuri li jistgħu jiġu adottati mill-Imħallef għal miżuri provviżorji”
Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Modifika jew revoka – Kundizzjoni – Bidla fiċ-ċirkustanzi – Portata – Annullament retroattiv tad-digriet irrevokat – Assenza – Possibbiltà għall-Imħallef għal miżuri provviżorji li jikkunsidra mill-ġdid fil-futur tali digriet biss
(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 159)
(ara l-punti 23 sa 26)
Proċeduri għal miżuri provviżorji – Appell – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Kompetenza ġenerali tal-Kunsill għall-adozzjoni ta’ miżuri li jirregolaw l-applikazzjoni ta’ atti adottati taħt il-politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri li jinċentivaw lill-Istati Membri joħorġu viżi – Assenza – Żball ta’ liġi – Annullament
(Artikolu 13(2) u Artikolu 32 TUE; Artikoli 278 u 279 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 810/2009; Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2023/1218, Artikolu 1(1) u (7) u Anness; Regolamenti tal-Kunsill Nri 269/2014 u 2023/571, Anness)
(ara l-punti 35 sa 43, u d-dispożittiv 1)
Proċeduri għal miżuri provviżorji – Proċedura – Opportunità ta’ smigħ tal-partijiet – Setgħa ta’ evalwazzjoni tal-Imħallef għal miżuri provviżorji – Kriterji
(Artikoli 278 u 279 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 39 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 160(7); Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 157(1) u (2))
(ara l-punti 56 sa 60)
Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kompetenza tal-Imħallef għal miżuri provviżorji – Miżuri li jirrigwardaw speċifikament l-atti kkontestati jew l-effetti tagħhom – Portata – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Miżuri li jaffettwaw il-proċess ta’ inklużjoni mill-ġdid fil-lista mħolli għad-diskrezzjoni tal-Kunsill – Esklużjoni
(Artikoli 278 u 279 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 39; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(2); Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2023/572, Anness; Regolamenti tal-Kunsill Nri 269/2014 u 2023/571, Anness)
(ara l-punti 61 sa 71)
Proċeduri għal miżuri provviżorji – Miżuri provviżorji – Talba intiża sabiex jinkisbu miżuri li jmorru lil hinn mill-kuntest tal-kawża prinċipali u li jippreżupponu evalwazzjoni prima facie ta’ provi estranji għaliha – Ċaħda
(Artikolu 279 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2023/572, Anness; Regolamenti tal-Kunsill Nri 269/2014 u 2023/571, Anness)
(ara l-punti 73, 75 sa 77)
Proċeduri għal miżuri provviżorji – Miżuri provviżorji – Setgħat tal-Imħallef għal miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Rabta diretta mad-deċiżjoni li hija s-suġġett tar-rikors prinċipali – Assenza – Annullament
(Artikolu 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(2); Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2023/572, Anness; Regolamenti tal-Kunsill Nri 269/2014 u 2023/571, Anness)
(ara l-punti 74 , 85 sa 85, u d-dispożittiv 1)
Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Portata – Kontestazzjoni tal-validità ta’ att sussegwenti għall-att annullat, iżda li ma kienx is-suġġett ta’ rikors għal annullament – Assenza
(Artikoli 263, 278 u 279 TFUE)
(ara l-punti 79, 80)
Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kompetenza tal-Imħallef għal miżuri provviżorji – Limiti – Talba intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ att li għadu ma ġiex adottat – Esklużjoni
(Artikolu 279 TFUE)
(ara l-punti 81, 82)