Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) tas-17 ta’ Lulju 2023 –
Canai Technology vs EUIPO
(Kawża C‑280/23 P)
“Appell – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ammissibbiltà tal-appelli – Artikolu 170 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Talba li ma turix in-natura sinjifikattiva tal-kwistjoni għall-unità, għall-konsistenza jew għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Nuqqas ta’ ammissjoni tal-appell”
|
1. |
Appell – Sistema ta’ ammissjoni preliminari – Kwistjoni sinjifikattiva għall-unità, għall-konsistenza jew għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Oneru tal-prova (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58a; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 170a(1) u 170b) (ara l-punt 9) |
|
2. |
Appell – Sistema ta’ ammissjoni preliminari – Talba għall-ammissjoni ta’ appell – Rekwiżiti formali – Portata (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58a; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 170a(1) u 170b) (ara l-punti 10 sa 12) |
|
3. |
Appell – Sistema ta’ ammissjoni preliminari – Kwistjoni sinjifikattiva għall-unità, għall-konsistenza jew għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Kuntrarjetà mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jew tal-Qorti Ġenerali – Talba għal ammissjoni li ma turix in-natura sinjifikattiva tal-kwistjoni – Nuqqas ta’ ammissjoni (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58a; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 170a(1) u 170b) (ara l-punti 13 u 14) |
|
4. |
Appell – Sistema ta’ ammissjoni preliminari – Kwistjoni sinjifikattiva għall-unità, għall-konsistenza jew għall-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni – Motivazzjoni insuffiċjenti jew kontradittorja – Talba għal ammissjoni li ma turix in-natura sinjifikattiva tal-kwistjoni – Nuqqas ta’ ammissjoni (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 58a; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 170a(1) u 170b) (ara l-punti 15 sa 18) |
Dispożittiv
|
1) |
L-appell ma huwiex ammess. |
|
2) |
Canai Technology Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess. |