Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2024 –
[Pinta] ( i )

(Kawża C‑225/23) ( 1 )

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Libertà ta’ stabbiliment – Ir-Raba’ Direttiva 78/660/KEE – Kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji – Kamp ta’ applikazzjoni – Kontribwent li huwa persuna fiżika – Determinazzjoni tal-bażi taxxabbli”

Libertà ta’ stabbiliment – Kumpanniji – Direttiva 78/660 – Kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji – Kamp ta’ applikazzjoni – Persuni fiżiċi – Esklużjoni – Miżuri ta’ koordinazzjoni previsti mid-Direttiva 78/660 – Obbligi imposti fuq il-forom ta’ kumpanniji elenkati fid-Direttiva – Stabbiliment ta’ regoli dwar it-taxxa fuq id-dħul ta’ persuni fiżiċi – Stabbiliment ta’ dispożizzjonijiet dwar il-kontroll u s-sanzjonar tal-ksur ta’ dawn ir-regoli – Setgħa ta’ leġiżlazzjoni li taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri

(Direttiva tal-Kunsill 78/660)

(ara l-punti 35, 36, 38, 39, 42, u d-dispożittiv)

Dispożittiv

L-Artikolu 1 tar-Raba’ Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta’ Lulju tal-1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji, kif emendata bid-Direttiva 2009/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009,

Għandu jiġi interpretat fis-sens li:

Ir-Raba’ Direttiva 78/660, kif emendata, ma tapplikax għall-persuni fiżiċi u d-dispożizzjonijiet tar-Raba’ Direttiva 78/660, kif emendata, li jirregolaw l-obbligi imposti fuq il-forom ta’ kumpanniji elenkati fl-Artikolu 1(1) ta’ din id-direttiva ma jistgħux jiġu applikati fil-konfront ta’ dawn il-persuni la bil-għan li jiġu stabbiliti regoli dwar it-taxxa fuq id-dħul ta’ dawn tal-aħħar u lanqas bil-għan li jiġu stabbiliti regoli dwar il-kontroll u s-sanzjonar tal-ksur ta’ dawn ir-regoli.


( i ) L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

( 1 ) ĠU C 235, 3.7.2023.