Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas‑27 ta’ Ġunju 2023 –
Finalgarve – Sociedade de Promoção Imobiliária e Turística vs Ministério do Planeamento e das Infraestruturas

(Kawża C‑24/23)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Rekwiżit li jiġi ppreżentat il-kuntest regolatorju tal-kawża prinċipali kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domandi preliminari – Assenza ta’ speċifikazzjonijiet suffiċjenti – Inammissibbiltà manifesta ”

1. 

Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Domandi magħmula mingħajr informazzjoni suffiċjenti fuq il-kuntest fattwali u leġiżlattiv u fuq ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domandi preliminari – Domandi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli – Inammissibbiltà manifesta

(Artikolu 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 53(2) u Artikolu 94(b) u (c))

(ara l-punti 21-33 u d-dispożittiv)

2. 

Atti tal-istituzzjonijiet – Direttivi – Implimentazzjoni mill-Istati Membri – Neċessità li tiġi żgurata l-effettività tad-direttivi – Obbligi tal-qrati nazzjonali – Obbligu ta’ interpretazzjoni konformi – Portata – Interpretazzjoni contra legem tad-dritt nazzjonali – Esklużjoni

(Paragrafu 3 tal-Artikolu 288 TFUE)

(ara l-punt 36)

3. 

Atti tal-istituzzjonijiet – Direttivi – Effett dirett – Limiti – Possibbiltà li tiġi invokata direttiva kontra individwu – Esklużjoni

(Paragrafu 3 tal-Artikolu 288 TFUE)

(ara l-punt 37)

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Portugall), b’deċiżjoni tal‑15 ta’ Diċembru 2022, hija manifestament inammissibbli.