14.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 286/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy Katowice – Wschód w Katowicach (il-Polonja) fl-10 ta’ Mejju 2023 – M.J. vs C.J.

(Kawża C-302/23, Piekiewicz (1))

(2023/C 286/27)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy Katowice – Wschód w Katowicach

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: M.J.

Konvenut: C.J.

Domanda preliminari

L-Artikolu 2(1) u (3), moqri flimkien mal-Artikolu 25(1) u (2) kif ukoll mal-premessi 12, 13, 18, 21, 22 u 49 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti ta’ Stat Membru hija marbuta taċċetta att proċedurali ppreżentat quddiem din il-qorti u ffirmat permezz ta’ firma elettronika prevista fil-punt 10 tal-Artikolu 3 tal-imsemmi regolament meta d-dritt nazzjonali tal-Istat Membru ma jipprevedix il-possibbiltà li jiġu ppreżentati atti proċedurali quddiem il-qorti bl-użu ta’ firma elettronika għajr permezz ta’ sistema informatika?


(1)  L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

(2)  ĠU 2014, L 257, p. 73.