17.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-22 ta’ Marzu 2023 – Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej vs J.S.

(Kawża C-182/23, Makowit (1))

(2023/C 252/16)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej

Konvenut: J.S.

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 9(1) u tal-Artikolu 14(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li bidwi suġġett għall-VAT fil-kuntest tas-sistema ġenerali li jittrasferixxi permezz ta’ esproprjazzjoni l-proprjetà ta’ biċċa art lit-Teżor bil-ħlas ta’ kumpens marbut mal-bdil ta’ użu tagħha għal finijiet mhux agrikoli jitqies bħala suġġett għall-VAT fuq din il-kunsinna unikament minħabba li din l-art intużat għall-bżonnijiet ta’ attività agrikola suġġetta għall-VAT?


(1)  L-isem ta’ din il-kawża huwa wieħed fittizju. Ma jikkorrispondi mal-isem reali ta’ ebda parti fil-proċedura.

(2)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.