22.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upravni sud u Zagrebu (il-Kroazja) fl-20 ta’ Marzu 2023 – UP CAFFE d.o.o. vs Ministarstvo financija Republike Hrvatske

(Kawża C-171/23, UP CAFFE)

(2023/C 179/28)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Upravni sud u Zagrebu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UP CAFFE d.o.o.

Konvenut: Ministarstvo financija Republike Hrvatske

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni jobbliga lill-awtoritajiet u lill-qrati nazzjonali jiddeterminaw it-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta (u mhux jiċħdu t-talba għar-rimbors tat-taxxa) meta elementi oġġettivi tal-każ ineżami juru li twettqet evażjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud bl-inkorporazzjoni ta’ kumpannija ġdida, jiġifieri bit-terminazzjoni tal-kontinwità fiskali tan-negozju preċedenti, f’sitwazzjoni fejn il-persuna taxxabbli taf jew setgħet tkun taf li pparteċipat f’tali azzjoni u fil-każ li l-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tipprevedix, fil-mument li fih iseħħ il-fatt taxxabbli, tali determinazzjoni?