30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Marzu 2023 – trendtours Touristik GmbH vs SH

(Kawża C-170/23, trendtours Touristik)

(2023/C 189/31)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Konvenut fl-ewwel istanza u appellant: trendtours Touristik GmbH

Rikorrent fl-ewwel istanza u appellat: SH

Domandi preliminari

1)

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 12(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kumpens minħabba xoljiment dovut lill-operatur turistiku ma huwiex eskluż jekk, waqt il-vjaġġ, ma jkunx hemm iktar dannu sinjifikattiv ikkawżat minn ċirkustanzi straordinarji u inevitabbli, minkejja li tali ċirkustanzi li kellhom dannu sinjifikattiv kienu jeżistu f’punt preċedenti, jew inkella l-kwistjoni dwar jekk ċirkustanzi straordinarji u inevitabbli kellhomx dannu sinjifikattiv għat-twettiq tal-vjaġġ tiddependi esklużivament minn deċiżjoni bbażata fuq previżjoni magħmula fil-mument tad-dikjarazzjoni tax-xoljiment?

2)

Fil-każ li l-fattur determinanti jkun deċiżjoni bbażata fuq previżjoni, sa liema punt għandu jistenna l-vjaġġatur sabiex jiddikjara x-xoljiment mingħajr ma jkun obbligat iħallas kumpens għal xoljiment anki jekk id-dannu sinjifikattiv ikkawżat minħabba ċirkustanzi eċċezzjonali u inevitabbli sussegwentement jintemm?


(1)  ĠU 2015, L 326, p. 1.