28.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 304/2


Appell ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2023 minn Puma SE mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (is-Sitt Awla) fil-21 ta’ Diċembru 2022 fil-Kawża T-4/22, Puma vs EUIPO – DN Solutions (PUMA)

(Kawża C-145/23 P)

(2023/C 304/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Puma SE (rappreżentanti: M. Schunke u P. Trieb, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), DN Solutions Co. Ltd., formerly Doosan Machine Tools Co. Ltd.

Permezz ta’ digriet tas-17 ta’ Lulju 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ddeċidiet li l-appell ma huwiex ammissibbli u kkundannat lil Puma SE għall-ispejjeż rispettivi tagħha.