3.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 235/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Ravensburg (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Marzu 2023 – TJ, KI, FA vs Mercedes-Benz Bank AG, Volkswagen Bank GmbH

(Kawża C-143/23, Mercedes-Benz Bank u Volkswagen Bank)

(2023/C 235/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Ravensburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TJ, KI, FA

Konvenuti: Mercedes-Benz Bank AG, Volkswagen Bank GmbH

Domandi preliminari

1.

Huwa kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (1), li, fil-każ ta’ rtirar mill-kuntratt ta’ kreditu għall-konsum marbut ma’ kuntratt ta’ xiri ta’ vettura konkluż fi stabbiliment tan-negozju, l-ammont tal-kumpens dovut mill-konsumatur lill-persuna li ssellef fil-mument tar-restituzzjoni tal-vettura ffinanzjata, minħabba t-telf fil-valur tagħha, ikun ikkalkolat billi, mill-prezz tal-bejgħ applikat min-negozjant tal-vetturi fil-mument li fih il-konsumatur akkwista l-vettura, jitnaqqas il-prezz li bih dan in-negozjant jixtri l-vettura fil-mument tar-restituzzjoni tagħha?

2.

Id-dispożizzjoni li tinsab fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 14(3)(b) tad-Direttiva 2008/48 hija intiża li tintroduċi armonizzazzjoni sħiħa fir-rigward tal-kuntratti ta’ kreditu għall-konsum marbuta ma’ kuntratt ta’ xiri ta’ vettura u hija għalhekk vinkolanti għall-Istati Membri?

Fil-każ ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda:

3.

Huwa kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2008/48, li l-persuna li tissellef, wara l-irtirar ta’ kuntratt ta’ kreditu għall-konsum marbut ma’ kuntratt ta’ xiri ta’ vettura, tkun meħtieġa tħallas l-interessi previsti fil-kuntratt fir-rigward tal-perijodu bejn il-ħlas tas-self lill-bejjiegħ tal-vettura ffinanzjata u d-data tar-restituzzjoni tal-vettura lill-persuna li ssellef (jew lill-bejjiegħ)?


(1)  ĠU 2008, L 133, p. 66, rettifiki fil-ĠU 2009, L 207, p. 14, fil-ĠU 2010, L 199, p. 40, u fil-ĠU 2011, L 234, p. 46.