15.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 173/23 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fl-1 ta’ Marzu 2023 – Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Sofia pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite vs “Legafact” EOOD
(Kawża C-122/23, Legfact)
(2023/C 173/31)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Varhoven administrativen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Sofia pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite
Konvenut:“Legafact” EOOD
Domandi preliminari
1. |
Dispożizzjoni legali nazzjonali li, fil-każ ta’ eżenzjoni taħt il-Kapitolu 1 tat-Titolu XII tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), tittratta b’mod differenti lill-persuni taxxabbli skont il-ħeffa li biha jilħqu l-livell ta’ dħul mill-bejgħ meħtieġ għar-reġistrazzjoni obbligatorja għall-finijiet tal-VAT, tmur kontra l-prinċipji tas-sistema komuni tal-VAT tal-Unjoni Ewropea? |
2. |
Id-Direttiva 2006/112 tippermetti dispożizzjoni legali nazzjonali li tipprovdi li n-natura eżentata ta’ provvista taħt il-Kapitolu I tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112 tiddependi mit-twettiq fit-terminu previst tal-obbligu tal-fornitur li jippreżenta applikazzjoni għar-reġistrazzjoni obbligatorja għall-finijiet tal-VAT? |
3. |
Abbażi ta’ liema kriterji, li jirriżultaw mill-interpretazzjoni tad-Direttiva 2006/112, għandu jiġi evalwat jekk id-dispożizzjoni legali nazzjonali msemmija, li tipprevedi t-tnissil ta’ obbligu fiskali fil-każ li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni obbligatorja għall-finijiet tal-VAT tiġi ppreżentata tard, għandhiex in-natura ta’ sanzjoni? |
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.