15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Groß-Gerau (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Frar 2023 – PU vs SmartSport Reisen GmbH

(Kawża C-108/23, SmartSport Reisen)

(2023/C 173/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Groß-Gerau

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: PU

Konvenut: SmartSport Reisen GmbH

Domanda preliminari

L-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jirregola mhux biss il-ġurisdizzjoni internazzjonali, iżda jinkludi wkoll regola li tikkonċerna l-ġurisdizzjoni territorjali tal-qrati nazzjonali dwar kuntratti tal-ivvjaġġar, li għandha tiġi osservata mill-qorti adita, meta kemm il-konsumatur bħala vjaġġatur kif ukoll il-parti kontraenti tiegħu bħala l-operatur turistiku, ikollhom is-sede tagħhom fl-istess Stat Membru, filwaqt li d-destinazzjoni tal-vjaġġ ma tkunx f’dan l-Istat Membru, iżda barra mill-pajjiż, bil-konsegwenza li l-konsumatur ikun jista’ jinvoka drittijiet kuntrattwali kontra l-operatur turistiku quddiem il-qorti tad-domiċilju tiegħu, flimkien mar-regoli nazzjonali ta’ ġurisdizzjoni?


(1)  ĠU 2012, L 351, p. 1.