30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Frar 2023 – A GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt B

(Kawża C-104/23, A GmbH & Co. KG)

(2023/C 189/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A GmbH & Co. KG

Konvenut: Hauptzollamt B

Domandi preliminari

1)

L-intestatura 9406 tan-Nomenklatura Magħquda (1) tirrikjedi neċessarjament li bini prefabbrikat jifforma spazju magħluq kompletament min-naħat kollha?

2)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: l-intestatura 9406 tan-Nomenklatura Magħquda tirrikjedi li l-bini prefabbrikat ikun suffiċjentement kbir sabiex jippermetti lil persuna ta’ tul medju tidħol fih u, sabiex tagħmel dan, li jkun hemm mill-inqas spazju aċċessibbli li jippermetti lil tali persuna tkun bil-wieqfa, jew huwa biżżejjed li jkun possibbli li hija tidħol billi titbaxxa?


(1)  Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2014 tas-16 ta’ Ottubru 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU 2014, L 312, p. 1).