|
2.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 155/31 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nederlandstalige Ondernemingsrechtbank Brussel (il-Belġju) fil-31 ta’ Jannar 2023 – A, B, C, D vs MS Amlin Insurance SE
(Kawża C-45/23)
(2023/C 155/40)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Nederlandstalige Ondernemingsrechtbank Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: A, B, C, D
Konvenut: MS Amlin Insurance SE
Domanda preliminari
L-Artikolu 17(1) tad-Direttiva (UE) 2015/2302 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li s-sigurtà obbligatorja prevista minn din id-dispożizzjoni tapplika wkoll għar-rimbors tal-pagamenti kollha magħmula minn jew f’isem vjaġġaturi meta l-vjaġġaturi jitterminaw il-kuntratt ta’ pakkett ta’ vjaġġar minħabba ċirkustanzi inevitabbli u straordinarji fis-sens tal-Artikolu 12(2) tal-istess direttiva u l-organizzatur jiġi ddikjarat f’falliment wara t-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ pakkett ta’ vjaġġar għal din ir-raġuni, iżda qabel ma dawn il-pagamenti jiġu effettivament irrimborsati lill-vjaġġaturi, b’mod li dawn il-vjaġġaturi jbatu telf finanzjarju u għalhekk isostnu riskju ekonomiku fil-każ ta’ falliment tal-organizzatur tal-vjaġġ?