8.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 164/31 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Bremen (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Jannar 2023 – L vs Familienkasse Sachsen der Bundesagentur für Arbeit
(Kawża C-36/23, Familienkasse Sachsen)
(2023/C 164/40)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Bremen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: L
Konvenut: Familienkasse Sachsen der Bundesagentur für Arbeit
Domandi preliminari
Domandi dwar l-interpretazzjoni tar-regoli dwar il-prijorità li jinsabu fl-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1):
1) |
L-Artikolu 68 tar-Regolament Nru 883/2004 jippermetti li r-rimbors parzjali ta’ allowances Ġermaniżi tal-familja jintalab a posteriori abbażi ta’ dritt prijoritarju fi Stat Membru ieħor, anki jekk l-ebda benefiċċju tal-familja ma huwa u ma jkun ġie stabbilit u mħallas għall-wild fl-Istat Membru l-ieħor, bil-konsegwenza li l-ammont li jifdal lill-benefiċjarju taħt il-leġiżlazzjoni Ġermaniża jkun, finalment, inqas mill-allowances Ġermaniżi tal-familja? |
2) |
Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv: Ir-risposta għad-domanda dwar liema huma r-raġunijiet li għalihom l-allowances għandhom jingħataw minn diversi Stati Membri fis-sens tal-Artikolu 68 tar-Regolament Nru 883/2004 u b’mod partikolari liema elementi jagħtu lok għad-drittijiet li għandhom jiġu kkoordinati, għandha tkun ibbażata fuq il-kundizzjonijiet li jagħtu lok għad-drittijiet previsti mir-regoli nazzjonali, jew inkella fuq il-punt dwar taħt liema kriterju l-persuni kkonċernati huma suġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri rispettivi skont l-Artikoli 11 sa 16 tar-Regolament Nru 883/2004? |
3) |
Fil-każ li l-aspett determinanti jkun jinsab fil-punt dwar taħt liema kriterju l-persuni kkonċernati huma suġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri rispettivi skont l-Artikoli 11 sa 16 tar-Regolament Nru 883/2004: L-Artikolu 68, moqri flimkien mal-Artikolu 1(a) u (b) u l-Artikolu 11(3)(a) tar-Regolament Nru 883/2004, għandu jiġu interpretat fis-sens li hemm lok li tiġi preżunta l-eżistenza ta’ attività bħala persuna impjegata jew ta’ attività bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru ieħor jew l-eżistenza ta’ sitwazzjoni li, mil-lat tad-dritt tas-sigurtà soċjali, hija assimilata għal tali attività, meta l-fond tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru l-ieħor jiċċertifika l-eżistenza ta’ assigurazzjoni “fil-kwalità ta’ agrikultur” u meta l-istituzzjoni kompetenti għall-benefiċċji tal-familja f’dan l-Istat tikkonferma l-eżistenza ta’ attività professjonali, anki jekk il-persuna kkonċernata ssostni li l-assigurazzjoni hija marbuta biss mal-proprjetà tar-razzett li huwa rreġistrat bħala art agrikola għammiela, iżda li, fir-realtà, ma huwiex maħdum? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.