27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Jannar 2023 – Missier vs Omm

(Kawża C-35/23, Greislzel (1))

(2023/C 112/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Missier

Konvenut: Omm

Partijiet oħra fil-proċeduri: Wild L, Avukata (tutur legali)

Domandi preliminari

Il-mekkaniżmu regolamentari previst fl-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (2) sa fejn huwa limitat għal proċeduri fil-kuntest ta’ relazzjonijiet bejn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea?

Konkretament:

1.

L-Artikolu 10 tar-Regolament Brussell IIa japplika, bil-konsegwenza li tinżamm il-ġurisdizzjoni tal-qrati fl-Istat ta’ residenza preċedenti, fil-każ fejn il-wild kellu r-residenza abitwali tiegħu fi Stat Membru tal-Unjoni (il-Ġermanja) qabel it-tneħħija tiegħu u li l-proċeduri ta’ ritorn taħt il-Konvenzjoni ta’ Den Haag dwar l-Aspetti Ċivili fis-Sekwestru Internazzjonali ta’ Minuri (iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni ta’ Den Haag”) żvolġew bejn Stat Membru tal-Unjoni (il-Polonja) u Stat terz (l-Isvizzera), u li f’dawn il-proċeduri, ir-ritorn tal-wild ġie rrifjutat?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

2.

Fil-kuntest tal-Artikolu 10(b)(i) tar-Regolament Brussell II a, liema huma r-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex tiġi stabbilita ż-żamma tal-ġurisdizzjoni?

3.

L-Artikolu 11(6) sa (8) tar-Regolament Brussell II a japplika wkoll fil-każ ta’ implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ ritorn skont il-Konvenzjoni ta’ Den Haag fil-kuntest ta’ relazzjonijiet bejn Stat terz u Stat Membru tal-Unjoni, bħala Stat ta’ refuġju, sa fejn il-wild kellu r-residenza abitwali tiegħu fi Stat Membru tal-Unjoni ieħor qabel it-tneħħija?


(1)  L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243, rettifika fil-ĠU 2013 L 82, p. 63.