Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat‑8 ta’ Mejju 2025 – Il‑Kummissjoni vs Is‑Slovenja (Landfill ta’ Bukovžlak)
(Kawża C‑318/23)
“Nuqqas ta’ Stat Membru li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 1999/31/KE – Rimi ta’ skart f’landfill – Direttiva 2008/98/KE – Immaniġġar tal-iskart – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas parzjali ta’ eżekuzzjoni – Artikolu 260(2) TFUE – Sanzjonijiet pekunjarji – Somma f’daqqa”
|
1. |
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Terminu ta’ eżekuzzjoni – Eżekuzzjoni li għandha tinbeda immedjatament u tintemm fl-iqsar żmien possibbli – Dewmien fl-eżekuzzjoni ta’ sentenza fil-qasam tar-rimi ta’ skart f’landfill – Ġustifikazzjoni – Assenza (Artikolu 260(1) TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/98; Direttiva tal-Kunsill 1999/31) (ara l-punti 35, 38 sa 43, u 79) |
|
2. |
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Terminu ta' eżekuzzjoni – Data ta’ riferiment sabiex tiġi evalwata l-eżistenza tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Data ta’ skadenza tat-terminu ffissat fl-ittra ta’ intimazzjoni (Artikolu 260(2) TFUE) (ara l-punti 36 u 37) |
|
3. |
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Skop – Prevenzjoni tar-repetizzjoni ta’ ksur simili (Artikolu 260(2) TFUE) (ara l-punti 62 u 63) |
|
4. |
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta' obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Impożizzjoni ta’ somma f’daqqa – Setgħa ta’ evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 260(2) TFUE) (ara l-punti 64 sa 67, u 83) |
|
5. |
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Somma f’daqqa – Determinazzjoni tal-ammont – Kriterji – Gravità tal-ksur – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni estiż tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja – Natura fundamentali tad-dispożizzjonijiet li huma s-suġġett tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kkonstat – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza fil-qasam tar-rimi ta’ skart f’landfill – Ċirkustanzi attenwanti (Artikolu 260(2) TFUE) (ara l-punti 68 sa 76, u 83) |
|
6. |
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Somma f’daqqa – Determinazzjoni tal-ammont – Kriterji – Tul tal-ksur – Evalwazzjoni fid-data tal-eżami tal-fatti mill-Qorti tal-Ġustizzja (Artikolu 260(2) TFUE) (ara l-punti 77, 78, 80 u 83) |
|
7. |
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza – Sanzjonijiet pekunjarji – Somma f’daqqa – Determinazzjoni tal-ammont – Kriterji – Kapaċità ta’ ħlas – Data ta’ evalwazzjoni (Artikolu 260(2) TFUE) (ara l-punti 81 sa 83) |
Dispożittiv
|
1) |
Billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa kollha sabiex tikkonforma mas-sentenza tas‑16 ta’ Lulju 2015, Il‑Kummissjoni vs Is‑Slovenja (C‑140/14, EU:C:2015:501), fir-rigward tal-Plott Nru 115/1 tal-Komun ta’ Teharje (Bukovžlak), ir-Repubblika tas-Slovenja naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 260(1) TFUE. |
|
2) |
Ir-Repubblika tas-Slovenja hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea somma f’daqqa ta’ EUR 1200000. |
|
3) |
Ir-Repubblika tas-Slovenja hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |