Kawża C-297/23 P
Harley-Davidson Europe Ltd
u
Neovia Logistics Services International NV
vs
Il-Kummissjoni Ewropea
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Novembru 2024
“Appell – Politika kummerċjali komuni – Miżuri intiżi li jiżguraw l-eżerċizzju mill-Unjoni Ewropea tad-drittijiet mogħtija lilha mir-regoli tal-kummerċ internazzjonali – Regolament (UE) Nru 654/2014 – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/886 – Unjoni doganali – Regolament (UE) Nru 952/2013 – Kodiċi Doganali tal-Unjoni – Deċiżjonijiet marbuta ma’ informazzjoni vinkolanti dwar l-oriġini (BOI) adottati minn awtoritajiet doganali nazzjonali – Regolament Delegat (UE) 2015/2446 – Determinazzjoni tal-oriġini mhux preferenzjali ta’ ċerti muturi Harley Davidson – Kunċett ta’ ‘operazzjonijiet ta’ pproċessar jew ta’ ħidma li ma humiex ekonomikament iġġustifikati’ – Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-revoka ta’ deċiżjonijiet marbuta ma’ BOI – Delega tas-setgħa – Aspettattivi leġittimi – Dritt għal amministrazzjoni tajba – Dritt għal smigħ”
Unjoni doganali – Oriġini tal-merkanzija – Determinazzjoni – Ipproċessar jew xogħol sostanzjali – Ħidmiet jew ipproċessar li ma humiex ekonomikament iġġustifikati – Kunċett – Għan prinċipali jew dominanti ta’ operazzjoni ta’ rilokazzjoni huwa li tiġi evitata l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ politika kummerċjali tal-Unjoni – Inklużjoni – Sistema probatorja – Oneru tal-prova ta’ raġuni raġonevoli differenti li jistrieħ fuq l-operatur ekonomiku
(Regolamenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 952/2013, Artikolu 60(2), u 2016/1036, Artikolu 13; Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 25; Regolamenti tal-Kummissjoni 2015/2446, premessa 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 33, u 2018/886)
(ara l-punti 49 sa 79, 81, u 87)
Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal smigħ – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li titlob ir-revoka ta’ deċiżjonijiet tal-awtoritajiet doganali nazzjonali dwar l-oriġini ta’ ċerta merkanzija importata fl-Unjoni – Assenza ta’ smigħ tal-impriżi kkonċernati matul il-proċedura ta’ adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni – Dritt għal smigħ matul din il-proċedura eżistenti anki fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni speċifika f’dan ir-rigward – Ksur tad-dritt għal smigħ – Konsegwenza – Irregolarità li ma twassalx għall-annullament tad-deċiżjoni fl-assenza ta’ possibbiltà li twassal għal riżultat differenti wara li tkun qiegħdet l-impriża f’pożizzjoni li tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha – Oneru tal-prova
(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2); Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 952/2013, Artikolu 34(11); Regolament tal-Kummissjoni 2015/2446, Artikolu 33)
(ara l-punti 99 sa 107)