Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat‑8 ta’ Mejju 2025 – Il‑Kummissjoni vs Il-Portugall
(Direttiva dwar id-drittijiet tal-awtur fis-suq uniku diġitali)
(Kawża C‑211/23)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikolu 258 TFUE – Suq uniku diġitali – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Direttiva (UE) 2019/790 – Assenza ta’ traspożizzjoni u ta’ komunikazzjoni ta’ miżuri ta’ traspożizzjoni – Artikolu 260(3) TFUE – Sanzjonijiet pekunjarji – Kundanna għall-ħlas ta’ somma f’daqqa u ta’ pagament ta’ penalità – Rinunzja parzjali”
|
1. |
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni ta’ direttiva – Sanzjonijiet pekunjarji – Somma f’daqqa – Skop (Artikolu 260(3) TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2019/790) (ara l-punti 57 sa 60, 62, 63) |
|
2. |
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni ta’ direttiva – Sanzjonijiet pekunjarji – Somma f’daqqa – Determinazzjoni tal-ammont – Kriterji (Artikolu 260(3) TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2019/790) (ara l-punti 73 sa 76, 87) |
Dispożittiv
|
1) |
Peress li ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva (UE) 2019/790 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑17 ta’ April 2019 dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-Suq Uniku Diġitali u li temenda d-Direttivi 96/9/KE u 2001/29/KE, u billi ma kkomunikatx l-imsemmija liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 29 ta’ din id-direttiva. |
|
2) |
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea somma f’daqqa ta’ ammont ta’ EUR 2500000. |
|
3) |
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż rispettivi tagħha, għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |