Kawża C‑70/23 P
Westfälische Drahtindustrie GmbH et
vs
Il‑Kummissjoni Ewropea
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal‑4 ta’ Lulju 2024
“Appell – Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) – Sentenza li tannulla parzjalment id-deċiżjoni u li tiffissa multa ta’ ammont identiku għal dak tal-multa imposta inizjalment – Imputazzjoni tal-pagamenti mwettqa provviżorjament – Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-ammont tal-multa li għadha ma tħallsitx – Data ta’ eżiġibbiltà ta’ multa li l-ammont tagħha jkun ġie ffissat mill-qorti tal-Unjoni fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha”
Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Setgħa ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti tal-Unjoni – Portata – Sentenza li tannulla parzjalment deċiżjoni tal-Kummissjoni u li tiffissa multa ta’ ammont identiku għal dak tal-multa imposta inizjalment – Multa mhux differenti minn dik inizjalment imposta mill-Kummissjoni
(Artikoli 101, 102 u 261 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 23(2) u 31)
(ara l-punti 37 sa 49)
Appell – Aggravji – Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Qorti Ġenerali – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet
(Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53)
(ara l-punti 54 sa 58)