|
14.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 286/15 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo – il-Portugall) – Finalgarve – Sociedade de Promoção Imobiliária e Turística SA vs Ministério do Planeamento e das Infraestruturas
(Kawża C-24/23 (1), Finalgarve)
(Talba għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Rekwiżit li jiġi ppreżentat il-kuntest regolatorju tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ risposta għad-domandi preliminari - Assenza ta’ dettalji suffiċjenti - Inammissibbiltà manifesta)
(2023/C 286/17)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal Administrativo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Finalgarve – Sociedade de Promoção Imobiliária e Turística SA
Konvenut: Ministério do Planeamento e das Infraestruturas
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Portugall), b’deċiżjoni tal-15 ta’ Diċembru 2022, hija manifestament inammissibbli.
(1) Data tal-preżentata: 18.1.2023.