30.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ April 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance francophone de Bruxelles – il-Belġju) – X, Y, A, legalment irrappreżentat minn X u Y, B, legalment irrappreżentat minn X u Y vs État belge

(Kawża C-1/23 PPU (1), Afrin (2))

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni - Politika tal-immigrazzjoni - Direttiva 2003/86/KE - Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja - Artikolu 5(1) - Preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal dħul u għal residenza għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi l-obbligu għall-membri tal-familja tal-isponsor li jippreżentaw l-applikazzjoni personalment quddiem ir-rappreżentanza diplomatika kompetenti ta’ dan l-Istat Membru - Impossibbiltà jew diffikultà eċċessiva li persuna tmur fl-imsemmija rappreżentanza - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 7 u 24)

(2023/C 189/03)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance francophone de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X, Y, A, legalment irrappreżentat minn X u Y, B, legalment irrappreżentat minn X u Y

Konvenut: État belge

Dispożittiv

L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, moqri flimkien mal-Artikolu 7 kif ukoll mal-Artikolu 24(2) u (3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teħtieġ, għall-finijiet tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal dħul u għal residenza abbażi tar-riunifikazzjoni tal-familja, li l-membri tal-familja tal-isponsor, b’mod partikolari ta’ refuġjat irrikonoxxut, imorru personalment quddiem ir-rappreżentanza diplomatika jew konsulari ta’ Stat Membru kompetenti għall-post tar-residenza tagħhom jew tar-residenza tagħhom barra mill-pajjiż, inkluż f’sitwazzjoni li fiha jkun impossibbli jew eċċessivament diffiċli għalihom li jmorru quddiem din ir-rappreżentanza, bla ħsara għall-possibbiltà għal dan l-Istat Membru li jeżiġi li dawn il-membri jidhru personalment fi stadju sussegwenti tal-proċedura għal applikazzjoni għal riunifikazzjoni tal-familja.


(1)  ĠU C 104, 20.3.2023.

(2)  L-isem ta’ din il-kawża huwa isem fittizju. Ma jikkorrispondix mal-isem veru ta’ parti fil-proċedura.