Digriet tal‑Qorti Ġenerali (Ir‑Raba’ Awla) tas‑6 ta’ Frar 2023 –
Indetec vs Il‑Kummissjoni et

(Kawża T‑250/22)

“Rikors għal annullament – Klawżola ta’ arbitraġġ – Il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) – Ftehim ta’ sussidju – Spejjeż ineliġibbli marbuta ma’ kuntratt ta’ subappalt – Identifikazzjoni tal-konvenut – Inammissibbiltà parzjali”

1. 

Rikors għal annullament – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Rikors ippreżentat kontra l-awtur tal-att ikkontestat – Eċċezzjonijiet – Atti adottati bis-saħħa ta’ setgħat iddelegati imputabbli lill-istituzzjoni li tagħti d-delega – Att iffirmat mill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent (iċ-CINEA) – Kompetenza taċ-CINEA għall-adozzjoni tal-imsemmi att – Rikors ippreżentat kontra l-Kummissjoni – Inammissibbiltà

(Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 58/2003; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2021/173)

(ara l-punti 19 sa 29)

2. 

Proċedura ġudizzjarja – Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali fuq il-bażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ – Kwalità ta’ konvenut – Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest ta’ proġett li jikkonċerna l-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) – Ftehim konkluż mal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (EASME) – Surroga favur l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent (iċ-CINEA) fid-drittijiet u l-obbligi tal-EASME – Rikors ippreżentat kontra l-Kummissjoni – Inammissibbiltà

(Artikolu 272 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 58/2003; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2021/173)

(ara l-punti 36 u 37)

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli, inkwantu huwa dirett kontra l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u għall-SMEs (Eismea).

2) 

Ingeniería para el Desarrollo Tecnológico, SL (Indetec) għanda tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Eismea f’din il-kawża.