Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas‑27 ta’ Ġunju 2022 –
Usmanov vs Il-Kunsill

(Kawża T‑237/22 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina – Iffriżar tal-fondi – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza – Ibbilanċjar tal-interessi”

1. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji

(Artikoli 256(1), 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 14 sa 17)

2. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu finanzjarju – Obbligu li jiġu pprovduti indikazzjonijiet konkreti u preċiżi, sostnuti bi provi dokumentali fid-dettall – Neċessità li tingħata stampa vera u globali tas-sitwazzjoni finanzjarja

(Artikoli 268 TFUE u 340 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 20, 26, 29 sa 31, 33 sa 34, 46)

3. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi – Persuni jew entitajiet li jipprovdu appoġġ materjali jew finanzjarju attiv lir-responsabbli Russi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukraina – Prevalenza tal-interessi segwiti mill-Kunsill fir-rigward tal-interessi finanzjarji tar-rikorrent

(Artikolu 3(1) u (5) TUE; Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4); Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 6, kif emendata bid-Deċiżjonijiet (PESK) 2022/329 u (PESK) 2022/337)

(ara l-punti 38, 49, 51 sa 57)

4. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli – Rabta kawżali bejn id-dannu allegat u l-att ikkontestat

(Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punt 42)

Dispożittiv

1) 

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2) 

L-ispejjeż huma rriżervati.