Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Novembru 2022 –
Ortega Montero vs Il-Parlament
(Kawża T‑161/22)
“Servizz pubbliku – Rappreżentanza tal-persunal – Modifika tar-regolament intern tal-Kumitat tal-Persunal tal-Parlament – Ħatra tar-rappreżentanti tal-persunal fl-organi statutorji u amministrattivi – Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal – Nuqqas ta’ adozzjoni ta’ miżura imposta mir-Regolamenti tal-Persunal – Ilment li għandu jitressaq minn qabel quddiem l-Awtorità tal-Ħatra – Terminu ta’ rikors – Tardività – Inammissibbiltà”
|
1. |
Rikorsi tal-uffiċjali – Ilment amministrattiv imressaq qabel – Distinzjoni mit-talba fis-sens tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal – Distinzjoni koperta mill-evalwazzjoni tal-qorti (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 90(1) u (2)) (ara l-punt 32) |
|
2. |
Rikorsi tal-uffiċjali – Kumitat tal-Persunal – Ħatra tar-rappreżentanti tal-persunal fl-organi statutorji u amministrattivi – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Limiti (Artikolu 270 TFUE; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 90 u 91) (ara l-punti 33, 37, 80 sa 83) |
|
3. |
Uffiċjali – Rappreżentanza – Kumitat tal-Persunal – Ħatra tar-rappreżentanti tal-persunal fl-organi statutorji u amministrattivi – Regolarità – Obbligi tal-istituzzjonijiet li jiżguraw ir-regolarità tal-proċess ta’ ħatra inkwistjoni – Portata (Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 9(2), 90 u 91) (ara l-punti 34 sa 36) |
|
4. |
Rikorsi tal-uffiċjali – Att li jikkawża preġudizzju – Kunċett – Deċiżjoni tal-awtorità tal-Ħatra intiża biex tiżgura r-regolarità tal-ħatra tar-rappreżentanti tal-persunal fl-organi statutorji u amministrattivi – Inklużjoni – Kundizzjonijiet (Artikolu 270 TFUE; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 90 u 91) (ara l-punti 38 sa 40) |
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
|
2) |
Maria Del Carmen Ortega Montero għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Parlament Ewropew. |